Friday, May 3, 2024

Mohamed Salah ma’ Al Ittihad?

Aqra wkoll

L-eks attakkant internazzjonali Eġizzjan Mido qal li l-kompatrijott tiegħu Mohamed Salah se jkun qed jilgħab fl-Arabja Sawdija mill-istaġun li ġej. B’hekk hu mistenni jtemm l-avventura tiegħu ma’ Liverpool li ilha għaddejja sa mill-istaġun 2017/18.

Id-direttur sportiv tas-Saudi Pro League Michael Emenalo sostna li Salah hu wieħed mill-plejers li jixtiequ jarah jilgħab f’dan il-kampjonat li kulma jmur qed isir dejjem aktar attraenti

Jidher li Al Ittihad hu t-tim li jista’ jikseb is-servizzi tiegħu f’tim fejn hemm inklużi Karim Benzema, N’Golo Kante u Luiz Felipe.

Sadanittant, Salah għandu kuntratt sas-sena 2025 ma’ Liverppol b’kuntratt ta’ €22.5 miljun.

Sport