Saturday, December 21, 2024

ARA: Għoġġiela jispiċċaw f’ċimiterju f’Burmarrad… Sitwazzjoni kontrollata mingħajr ħsarat

Aqra wkoll

YouTube video

Filmat li qiegħed jiċċirkola fil-midja soċjali juri xi għoġġiela li b’xi mod spiċċaw fiċ-ċimiterju ta’ Burmarrad.

Il-każ seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa u minkejja reazzjonijiet ta’ persuni li qalu li l-Pulizija ma intervjenietx, il-filmat jikkonferma minnu nnifsu li dawn għamlu xogħolhom.

Dan is-sit jinsab infurmat li s-sid u xi ħaddiema ngħataw permess jidderiġu l-bhejjem lejn ir-razzett li jinsab biss ftit metri bogħod.

Fortunatament ħadd ma ndarab u ma saret l-ebda ħsara waqt dan il-proċess.

Ekonomija

Sport