Saturday, December 28, 2024

ARA: “Ħafna drabi jkollna ngħinu lill-familja tal-istudent biex dan jimxi ‘l quddiem”

Janice Darmanin rikonoxxuta għall-ħidma tagħha bħala Assistenta Kap ta’ skola

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Bħala edukaturi nagħtu lit-tfal l-opportunitajiet kollha biex jitgħallmu. Naħseb li dan l-unur huwa xhieda ta’ ħidma kollaborattiva kbira li kellna fl-iskola li konna nqisu li naraw kull student b’mod ugwali”. Hekk qalitilna Janice Darmanin fl-ewwel reazzjoni tagħha wara l-Għotja ta’ Rikonoxximent għal Servizz ta’ Kwalità li spikkat fil-ħidma tagħha bħala Assistenta Kap ta’ skola.

Darmanin sostniet dwar l-importanza li l-edukaturi jħarsu l-bżonnijiet tal-istudent kif ukoll tal-familja tiegħu għax ħafna drabi jkun hemm bżonnijiet fil-familja li jkollhom jgħinu fihom biex fl-aħħar mill-aħħar jigwadanja l-istudent.

 

YouTube video
Filmat: Alan Saliba

L-Assistenta Kap kompliet li fl-edukazzjoni ma jingħatawx biss l-opportunitajiet akkademiċi. Illum it-tfal jeħtieġ li jitgħallmu lil hinn mill-kotba f’dawk li nsejħulhom 21th century skills. F’dan il-proċess huma jingħataw għarfien dwar ħiliet li se jkollhom bżonn ’il quddiem fosthom kif jikkomunikaw u kif jikkontrollaw l-emozzjonijet soċjali tagħhom.

“Dan kollu nagħmluh fl-aħjar interess tal-klijent tagħna li huwa l-istudent fejn nassiguraw li bħala skola nikkontribwixxu bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-istudenti kollha tagħna”, temmen Darmanin.

Ekonomija

Sport