Tuesday, May 14, 2024

ARA: “Kellna tir wieħed biex nikkuraw lil dawk bil-covid u nkomplu bis-servizzi tal-emerġenza b’mod normali”

Dott. Carmel Abela rikonoxxut għall-ħidma matul il-pandemija fit-tmexxija tad-Dipartiment tal-Anestesija fl-Isptar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dott. Carmel Abela, li jmexxi d-Dipartiment tal-Anestesija fl-Isptar Mater Dei u li spikka bil-ħidma tiegħu matul il-pandemija tal-Covid-19 ukoll ġie rikonoxxut għal din il-ħidma distinta tiegħu. Huwa qalilna li “Ħdimna tajjeb ħafna bħala sptar b’tir wieħed li nagħtu servizz tajjeb lill-morda bil-covid u dawk li kellhom bżonn servizzi tal-emerġenza”. Abela xtaq jiddedika dan l-unur lil dawk kollha li ħadmu ħafna minn wara l-kwinti inklużi konsulenti, dawk tal-kura intensiva, tobba barranin li jaħdmu pajjiżna, dawk tal-apprentistat u oħrajn. Fakkar dwar il-ħidma biex inegħelbet din l-isfida li qatt ma konna ltqajna magħha f’pajjiżna biex bħala dipartiment kulħadd ta aktar milli kien mistenni minnu biex inkisbu r-riżultati li nkisbu.

YouTube video
Filmat: Alan Saliba

Mistoqsi dwar ir-rikonoxximent tal-pubbliku inġenerali, Abela qal li jkun hemm min jgħid li l-affarijiet setgħu marru aħjar, iżda l-maġġoranza tan-nies huma rikonoxxenti ħafna. Huwa appella lill-istudenti kollha li għandhom għal qalbhom dan is-suġġett biex jikkunsidraw il-linja ta’ Anestetist għax ix-xogħol f’dan id-dipartiment dejjem qiegħed jiżdied. Fost dawn l-Anestetisti, Abela tkellem dwar dawk li jkollhom pressjoni kbira f’każi biex isalvaw il-ħajjiet ta’ dawk li jiddaħħlu f’xifer il-mewt, iżda minkejja dan kollu bi professjonalità jgħinuhom jirkupraw sakemm jiġu trasferiti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sport