Ħames vetturi nħakmu minn nirien fi Triq il-Kanun f’Santa Venera.
Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta ta’ 12:00 p.m u minnufih issejħu fuq il-post diversi pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u ambulanzi mill-Isptar Mater Dei u uffiċjali tal-Pulizija li bdew jidderiġu t-traffiku sakemm il-pumpiera setgħu jikkontrollaw in-nirien.

Fortunatament jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.