Monday, May 13, 2024

Bayern M. miżmuma f’darhom minn Leverkusen

Aqra wkoll

Harry Kane skorja t-300 goal fil-livell ta’ clubs fil-karriera tiegħu hekk kif Bayern Munich u Bayer Leverkusen temmew fi draw ta’ 2-2. 

Kane skorja bir-ras għar-raba’ goal tiegħu f’erba’ logħbiet tal-Bundesliga qabel ma Alex Grimaldo kiseb id-draw bi free-kick brillanti fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.

Leon Goretzka skorja dak li deher il-goal tar-rebħa għal Bayern erba’ minuti mit-tmiem.

Iżda Exequiel Palacios kiseb id-draw minn penalty mogħti mill-video assistent referee, fl-94 minut,  biex salva r-riżultat għal Leverkusen.

Dayot Upamecano ħaseb li kien skorja l-goal rebbieħ għal Bayern bi kważi xutt tal-logħba iżda ġie mħassar għal offside.

Il-goal ta’ Kane għamlu l-ewwel plejer ta’ Bayern li skorja erba’ goals fl-ewwel erba’ logħbiet tiegħu fil-Bundesliga minn Miroslav Klose fl-2007.

Dan ġab it-total tal-karriera tal-club tiegħu għal 300, bi 280 għal Tottenham, disgħa għal Millwall, ħamsa għal Leyton Orient, erbgħa għal Bayern u tnejn għal Leicester City.

Sport