Ħaddiem tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli f’inċident li seħħ aktar kmieni fi Triq Belt il-Ħażna fil-Marsa.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit irriżulta li raġel ta’ 47 minn San Ġwann kien qiegħed jagħmel xi xogħol meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs.
Minnufih issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lir-raġel, iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.