Anzjana ta’ 70 sena residenti Birkirkara ttellgħet mill-baħar bla ħajja.
Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta tal-10:00 a.m kien hemm mara f’diffikultà fl-inħawi tat-Torri ta’ Wignacourt f’San Pawl il-Baħar.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, iżda sfortunatament il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

B’rabta mal-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.