Sunday, December 22, 2024

ARA: Iktar minn 30 persuna mejta kawża ta’ kesħa tremenda fl-Amerka ta’ Fuq

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 38 persuna nstabu mejta kawża ta’ temperaturi b’kesħa severa li komplew jaħkmu lill-Istati Uniti u l-Kanada. Erbgħa minn dawn l-imwiet seħħew fil-Kanada meta xarabank tilfet il-kontroll fi triq mimlija bis-silġ viċin il-belt ta’ Merritt.

F’Erie County, 12-il persuna ġew ikkonfermati mejta, bi wħud mill-vittmi nstabu mejta fil-karozzi jew fuq bankijiet miżgħuda bis-silġ. Vittmi oħra nstabu f’Vermont, Ohio, Missouri, Wisconsin, Kansas, u Colorado.

L-iktar żona li nħakmet minn dan il-fenomenu hija dik tal-belt ta’ Buffalo fi New York, tant li l-Mexxejja tal-Istat ta’ New York, Kathy Hochul, qalet li “Dan l-episodju se jiġi rreġistat fl-Istorja bħala l-ikbar maltempata li qatt seħħet f’Buffalo”.

L-Istat ta’ Montana huwa l-iktar wieħed li kien milqut minn dil-kesħa tremenda, b’temperaturi li niżlu ta’ -50F (-45C). S’issa huwa mbassar li l-maltemp għandu jnaqqas xi ftit matul il-ġranet li ġejjin, però l-pubbliku ngħata parir li jkun aħjar jekk jiġi evitat ċertu vjaġġar li ma jkunx meqjus “essenzjali”.

Kawża ta’ dan il-maltemp, kien hemm madwar 1.7 miljun persuna li spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku illi sal-bieraħ filgħaxija niżlu għal madwar 200,000. Fi Quebec biss, madwar 120,000 kunsumatar. Eluf ta’ titjiriet ġew ikkanċellati wkoll.

Ekonomija

Sport