Saturday, May 18, 2024

Titħabbar il-mewt ta’ John Tabone

Ikona fil-logħba domestika tal-basketball

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt ta’ John Tabone li kien leġġenda fil-logħba domestika tal-basketball kemm bħala player kif ukoll bħala coach b’servizz ta’ kważi 50 sena. Huwa kellu 71 sena. 

Bla dubju, huwa ikona u sinonimu mal-club ta’ Luxol li kien wieħed mill-fundaturi u li miegħu rebaħ kull unur li toffri l-logħba domestika għal diversi drabi. 

Luxol Basketball Club twaqqaf fl-1968 minn propjru John u Joseph Falzon, magħruf bħala l-Fus. Huwa Huwa lagħab għal għaxar snin ma’ Luxol rebaħ erba’ kampjonat u tliet darbiet in-Knock-Out. 

Huwa ħa l-irwol ta’ player-coach għal tliet staġuni biex imbagħad kien il-coach ewlieni għal xejn inqas minn 38 sena.  

Fil-perjodu tiegħu huwa kien wieħed mill-aqwa players u bħala coach jgawdi r-rekord li bejn l-2007 u l-2009 rebaħ il-ħames unuri nfila għad-dispożizzjoni. Huwa kien iddeskriva dan il-perjodu bħala kburi tiegħu.

Huwa kkowċja rekord ta’ 1,000 logħba kompetittiva fil-livell tal-kbar. Huwa mexxa lil Luxol għal disa’ kampjonat, 11-il darba n-Knock-Out, seba’ darbiet l-MBA Shield, tmien darbiet is-Super Cup u tliet darbiet il-Louis Borg Cup.

Imbagħad għal sentejn fuq xulxin huwa rebaħ il-Quintuple Crown … xi ħaġa li s’issa ħadd ma rnexxielu jagħmel – 2007/08 u 2008/09.

John kien ukoll il-coach ta’ Malta li fl-1985 rebaħ il-midalja tal-bron fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Zgħar li kienet l-ewwel midalja mirbuħa f’dawn il-Logħob. 

Tal-kontribut u tas-servizz li ta lil-logħba, huwa ġie rikonoxxut  mill-Kumitat Olimpiku Malti meta ġie nkluż fil-Hall of Fame 

Dan is-sit jgħaddi l-kondoljanzi lill-familjari u lill-ħbieb ta’ John.

Sport