Fl-aħħar sigħat jidher li kif imbassar mill-bassara tat-temp, it-temperaturi jikwu tas-sajf battew xi ftit.
Ix-xemx tisreġ li esperjenzajna f’dawn l-aħħar jiem bħal donnu ttaffiet b’riħ qawwi forza ħamsa aktar kmieni li kellu jsir qawwi għal qawwi ħafna forza sitta u sebgħa waranofsinhar.
Ritratti miġbudin mill-fotografu ta’ dan is-sit juru l-qawwa tal-baħar hu u jistabat mal-blat fiċ-Ċirkewwa. Sfortunatament mhux l-ewwel darba li rrapurtajna vetturi li spiċċaw inġarru mill-baħar f’din iż-żona minħabba l-qawwa tal-baħar li bit-tisbita jibqa’ tiela’ fuq l-art. Bi ftit aktar attenzjoni dak li jkun jista’ jevita ħsara u periklu bla bżonn.
Skont it-tbassir tat-temp ir-riħ mistenni jonqos għal bejn forza erbgħa u ħamsa aktar tard matul il-lejl.