Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru, ġurnata b’temperatura sajfija matul dan l-istaġun tal-ħarifa, ġiet organizzata it-tieni edizzjoni ta’ Sweet Tooth Festival fil-ġonna pubbliċi ta’ Villa Rundle, ir-Rabat Għawdex, appoġġjata finanzjarjament mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.

Dan l-avveniment ta’ kull xorta ta’ ħelu differenti kif ukoll divertiment għall-familja kollha l-aktar għat-tfal. L-attendenza kienet waħda numeruża fejn mijiet ta’ familji Għawdxin kif ukoll Maltin u barranin li nzertaw kienu għal btala f’Għawdex ma naqsux li jinsew għal ftit ħin id-dieta li kienu qed jagħmlu u daqu ftit mill-ħlewwa tal-ħelu Għawdxi fejn il-ġonna ta’ Villa Rundle nbidlu f’art tal-ħelu.




