Saturday, May 18, 2024

Inrawmu minn età żgħira kuxjenza dwar il-ħarsien tal-ambjent

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’temp mill-isbaħ, illum waranofsinhar, ittellgħet it-tieni edizzjoni ta’ “Wirt in-Natura” fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta. Attività b’kunċett ambjentali li kienet imżewqa b’varjetà ta’ logħob u dimostrazzjonijiet għall-familja kollha. 

Dawk kollha li attendew kellhom l-opportunità li jaraw, fost affarijiet oħra, kif isir it-tilqim u t-tħawwil tas-siġar, u kif minn dak li aħna nitfgħu fil-borża l-bajda tiġi ġġenerata l-enerġija. 

Ingħata wkoll tagħrif dwar kif nistgħu nikkonservaw aħjar l-ambjent ta’ madwarna, il-flora u l-fawna li nsibu fil-gżejjer Maltin u anke dwar iż-żoni naturali protetti li għandna (siti Natura 2000). 

Din l-attività kienet organizzata mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża bis-sehem ta’ diversi entitajiet fosthom Ambjent Malta, Parks Malta, Wasteserv, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma (EWA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli, li żaret id-diversi stands li ttellgħu mill-imsemmija entitajiet filwaqt li kellha l-okkażjoni li titkellem ma’ dawk preżenti.

Sport