Fi Tweet fuq il-profil tiegħu l-fotografu Max Giuliani qasam mas-segwaċi tiegħu l-mument meta ġurdien kbir deher iħuf f’ħanut li jbigħ ħwejjeġ tad-ditta fi New York.
Fil-filmat il-ġurdien jidher jaqbeż minn fuq bagalja għal fuq beritta sakemm tilef il-bilanċ u waqa’.
Il-ħanut ‘Bisonte Boutique’ huwa magħruf għal prodotti tal-ġilda Taljani. Il-manager tal-ħanut Lisa Stefani kkonfermat dwar il-ġurdien u qalet li l-ħanut għalaq minnufih u sejħu persuni li jaqbdu l-ġrieden. Żiedet tgħid li l-ħanut kien se jibqa’ magħluq sakemm din is-sitwazzjoni tkun kompletament kontrollata.
Il-beritta li qabeż fuqha l-ġurdien tiswa $255 u ħafna mill-affarijiet fil-ħanut jinbiegħu bejn $200 u $300. Skont rapporti oħra, il-bagalja kienet immarkata $995.
Stefani sostniet li ż-żieda fl-iskart mormi barra żdied b’mod drastiku u dan xejn ma jgħin biex jiġu evitati tali sitwazzjonijiet.