Saturday, December 21, 2024

ARA: Il-GWU sellmet lil Malta Ħielsa

Aqra wkoll

Il-General Workers Union dalgħodu sellmet lill-Malta Ħielsa fit-43 anniversarju minn meta pajjiżna kiseb ħelsien sħiħ mill-forzi militari barranin fil-31 ta’ Marzu 1979. 

Iċ-ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri f’riġlejn il-monument fuq l-Għolja tal-Ħelsien fil-Birgu tmexxiet mis-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja fil-preżenza ta’ uffiċjali tal-Union fosthom il-Prersident Victor Carachi u d-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri.

F’messaġġ tal-okkażjoni, is-Segretarju Ġenerali stqarr illi wara sentejn ta’ pandemija Malta qed tiċċelebra dan il-jum storiku u fakkar li l-GWU kienet parti integrali mhux biss fil-pjanijiet biex jinkiseb il-ħelsien imma wkoll fit-trasformazzjoni ta’ pajjiż sħiħ.

Huwa semma wkoll li llum mhux biss qed niċċelebraw il-ġrajja storika ta’ 43 sena ilu imma wkoll il-mixja ‘l quddiem tal-poplu Malti u l-progress li sar fis-soċjeta.

“Għalhekk illum, isssa li għaddiet l-elezzjoni ġenerali, inħarsu ‘l quddiem b’fiduċja biex inkomplu naħdmu u ntejbu l-kwalita tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha”.

Ekonomija

Sport