Monday, May 20, 2024

[ARA] Il-hold-up ta’ jumejn ilu f’Birkirkara; Jekk tagħraf lill-ħalliel għarraf lill-Pulizija

Aqra wkoll

Filmat li kien ippublikat ftit tal-ħin ilu juri l-mument tal-hold-up li seħħ nhar l-Erbgħa li għadda f’ħanut tal-mowbajls f’Birkirkara. Is-serqa saret għall-ħabta tas-6.45 p.m. bil-ħanut jinsab fi Triq Mannarino.

Fil-filmat raġel bil-hoodie u b’nuċċali tax-xemx jidher jaqsam it-triq u wara li jċarrat is-sinjal li ma jippermettix nies jidħlu direttament fil-ħanut għal raġunijiet ta’ saħħa minħabba l-pandemija tal-coronavirus, joħroġ sikkina u jibda jhedded lill-impjegat fil-ħanut biex jagħtih il-flus.

Wara li l-impjegat tah il-flus, il-ħalliel ħarab minn fuq il-post.

Minkejja li ħad ma weġġa’ f’dan l-inċident, l-impjegat huwa deskritt bħala li spiċċa taħt xokk.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

B’rabta ma’ dan il-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret inkjesta.

Sport