F’messaġġ mill-isbaħ mill-Isptar, il-Maġistrat Joe Mifsud spjega li issa qabeż il-130 jum fl-Isptar Mater Dei.
Mifsud qal li l-importanti li l-festi jerġgħu jingħataw il-livell li jixirqilhom u mhux nispiċċaw f’burdell.
Mifsud tkellem dwar l-importanza li kollox isir f’ħinu u f’waqtu. Mifsud tkellem dwar soċjetà li tagħmel kollox f’waqtu u l-bżonn li fil-festa tinżamm l-għaqda u ma jitwarrbux il-familji.
Mifsud qal li importanti li niftakru li l-ħin għall-familja, li x’aktarx tiltaqa’ darba f’sena minħabba l-festa, jeħtieġ li jinżamm dak l-ispazju ddedikat għaliha.
Filwaqt li awgura lis-Soċjetà Mużikali Beland, il-Maġistrat iċċajta li għalkemm qatt ma mar jaqbeż fil-marċ, dejjem kien ikun preżenti darba jew darbtejn f’dawn il-jiem.