Mat-tokki ta’ nofsinhar il-Port Ħieles ingħaqad flimkien ma’ portijiet Ewropej oħrajn biex jonora l-isforzi li qed isiru minn ħaddiema li jaħdmu fis-settur marittima f’dawn iż-żminijiet ikkaratterizzati mill-pandemija tal-Covid-19.
Il-Port Ħieles daqq il-ħornijiet tiegħu f’turija ta’ apprezzament lill-ħaddiema li jaħdmu qatigħ biex jiżguraw li l-provvisti f’pajjiżna tibqa’ għaddejja mingħajr waqfien.