Wednesday, April 24, 2024

ARA: Il-President il-ġdid taffaċċja inkjesta dwar ġenoċidju wara protesti li saru fil-Perù

Aqra wkoll

Prosekutur ewlieni tal-Perù nieda inkjesta dwar il-President Dina Boluarte u ministri oħra fuq ġlied li ħallew għexieren ta’ persuni mejta.

L-uffiċjali qed jiġu investigati fuq akkużi ta’ “ġenoċidju, omiċidju u kkaġunar ta’ ġrieħi gravi.” Il-vjolenza bdiet wara li f’Diċembru ġie arrestat l-Eks President Pedro Castillo talli pprova jxolji l-Kungress.

It-Tnejn, 17-il persuna mietu fi ġlied bejn il-partitarji ta’ Castillo u l-forzi tas-sigurtà fix-Xlokk tal-Perù. Għexieren oħra ndarbu fil-belt ta’ Juliaca f’dik li kienet l-agħar jum ta’ vjolenza sa issa. Ħafna mill-vittmi kellhom ukoll ġrieħi kkawżati minn arma tan-nar.

L-awtoritajiet akkużaw lid-dimostranti li ppruvaw jaħkmu l-ajruport ta’ Juliaca u għassa tal-pulizija lokali. Barra minn hekk, ġiet imposta curfew matul il-lejl f’dan ir-reġjun.

Sport