Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar is-sejba ta’ raġel li nstab mejjet f’residenza fi Triq il-Qbajjar Marsalforn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:30 p.m u mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li raġel Daniż ta’ 74 sena x’aktarx miet mewta naturali.
Minkejja dan b’rabta mal-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridgette Sultana li ħatret esperti biex jassistuha.
Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew biex ir-raġel seta’ jitniżżel minħabba li t-taraġ tal-blokka huwa pjuttost limitat għall-aċċess ta’ dan it-tip.