Wednesday, July 24, 2024

L-Air Malta tħassar iktar titjiriet minn u lejn Katanja minħabba n-nirien

Aqra wkoll

In-nirien li qegħdin jaħdmu żoni sħaħ fi Sqallija, wasslu biex il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ma kelliex triq oħra għajr tħassar iktar titjiriet minn u lejn Katanja.

Dan kellu jsir għax l-ajruport ta’ Katanja għadu affettwat minn diversi restrizzjonijiet relatati man-nirien li ħakmu matul l-aħħar ġimgħat.

It-titjiriet ikkanċellati huma:

3 ta’ Awwissu- KM644 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata għas- 1:35 p.m

3 ta’ Awwissu-KM645 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata għat-3:00 p.m

4 ta’ Awwissu KM644 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata għas-1:15 p.m

4 ta’ Awwissu KM645 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata fit-2:40 p.m

5 ta’ Awwssu KM644 minn Malta lejn Katanja li kienet skedata fit-3:05 p.m

5 ta’ Awwissu KM645 minn Katanja lejn Malta li kienet skedata għal 4:50 p.m

Ekonomija

Sport