Monday, May 13, 2024

ARA: Il-Protezzjoni Ċivili jniżżlu raġel li nstab mejjet f’residenza f’Marsalforn

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar is-sejba ta’ raġel li nstab mejjet f’residenza fi Triq il-Qbajjar Marsalforn. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:30 p.m u mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li raġel Daniż ta’ 74 sena x’aktarx miet mewta naturali. 

Minkejja dan b’rabta mal-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridgette Sultana li ħatret esperti biex jassistuha.

Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew biex ir-raġel seta’ jitniżżel minħabba li t-taraġ tal-blokka huwa pjuttost limitat għall-aċċess ta’ dan it-tip.

YouTube video

Sport