Wednesday, April 24, 2024

ARA: Il-Pulizija b’uniformi ġdida mill-bidu tas-sena d-dieħla

Aqra wkoll

Waslet l-uniformi l-ġdida tal-pulizija li se jibdew jaħdmu biha fit-toroq Maltin u Għawdxin mill-bidu tas-sena d-dieħla. 

Din l-uniformi hi waħda moderna li tinkorpora elementi importanti fix-xogħol tal-pulizija bħal funzjonalità, sigurtà u hija adattata għall-klima Maltija. 

Huwa mistenni li din l-uniformi ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-ħajja tal-uffiċjali tal-pulizija skont Għan Strateġiku 8 tal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.

F’filmat li ttella’ fuq il-paġna tal-Korp tal-Pulizija fuq Facebook, ‘Santa Klaws’ jidher dieħel fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u jgħid li f’dan il-Milied il-Pulizija se jingħataw rigal speċjali li ilhom ħafna jistennew – uniformi ġdida li se jibdew jagħmlu użu minnha mill-bidu tas-sena d-dieħla. 

Din l-uniformi ġiet żviluppata wara proċess ta’ riċerka intensiva u fuq kollox proċess ta’ widen lill-uffiċjali tal-korp infushom.

Sport