Sunday, December 22, 2024

ARA: “Il-vjolin tiegħu huwa wieħed partikolari li tista’ tgħid qatt ma jitilqu minn idejh”

Peter Paul Ciantar jitkellem dwar André Rieu mil-lenti ta’ xandar tal-programmi mużikali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dan huwa bniedem spettakolari li rnexxielu joħroġ mill-arkivji mużika li ftit konna nafu biha u tagħha popolarità kbira”. Hekk beda biex jiddeskrivi lil André Rieu Peter Paul Ciantar waqt kumment lil talk.mt wara ż-żjara tal-vjolinist li ratu jiltaqa’ mal-pubbliku fil-Belt Valletta.

Ciantar li huwa magħruf bħala xandar ta’ programmi mużikali qal li André Rieu għandu vjolin partikolari ħafna. Spjegalna li l-vjolin tiegħu Stradivarius huwa wieħed partikolari. Qalilna li hu stmat li madwar id-dinja kollha hawn madwar 600 vjolin ta’ dan it-tip u li normalment dawn ikunu tal-istat u għalhekk meta tintemm il-karriera tal-vjolinisti konċernati, il-vjolin jiġi rritornat lill-istat.

Rigward l-edukazzjoni tal-vjolinist, Ciantar irrimarka li hu jaf diversi lingwi fosthom l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Olandiż u kien saħansitra għalliem tal-lingwi. 

Ciantar sostna li fl-opinjoni tiegħu waħda mis-suċċessi tal-ispettakli tiegħu huwa l-fatt li Rieu jinsisti mal-mużiċisti li biex jiffurmaw parti mill-kunċerti tiegħu jridu jagħmlu dan bi tbissima. Missier Rieu kien direttur ta’ Orkestra u minkejja li huwa miżżewweġ b’żewġt itfal, minħabba impenji personali sfortunatament ftit li xejn jidher magħhom.

L-ikbar spettaklu tiegħu kien f’Melbourn fl-Awstralja fejn attendew miljuni jarawh. Madanakollu huwa jibqa’ l-iżjed imfittex għall-kunċerti Maastricht fil-belt fejn joqgħod l-istess vjolinist, iżda kull fejn imur jikseb udjenzi kbar. Xhieda ta’ dan huma saħansitra diversi Maltin li siefru biex jattendu għall-kunċerti tiegħu.

Ciantar temm jgħidilna li waħda mill-mistoqsijiet li kieku jkollu l-opportunità li jistaqsih tkun dwar jekk meta jidher f’dawn il-kunċerti kbar li jagħti, fejn kollox ikun amplifikat,jużax dan il-vjolin Stradivarius jew xi vjolin ieħor speċjali għax tista’ tgħid li qatt ma jidher jitilqu minn idejh dan il-vjolin. 

Ekonomija

Sport