Sunday, December 29, 2024

ARA: “Intkom l-aħħar żewġ persuni li se titħallew tidħlu ssellmu lir-Reġina”

Omm u bint l-aħħar żewġ persuni mill-pubbliku li tħallew jidħlu ... mijiet oħra tħallew diżappuntati

Aqra wkoll

L-aħħar persuna li sellmet lir-Reġina Eliżabetta II qabel il-funeral tagħha li se jsir dalgħodu qalet li kien mument li “jfisser ħafna għaliha”.

Sarah Rogers vjaġġat flimkien ma’ ommha Christine minn Woodbridge f’Suffolk u qalet li r-Reġina kienet figura kostanti f’ħajjitha.

Mijiet ta’ eluf attendew biex isellmu lir-Reġina li damet erbat ijiem u nofs esposta f’Westminster Hall. Il-kju ta’ dawn in-nies twaqqaf ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10:40 p.m. Skont rapporti jidher li fl-aqwa tiegħu l-kju dam mal-24 siegħa fi stennija biex jaslu safejn it-tebut.

Hekk kif l-opportunità tal-aħħar tislima lir-Reġina f’Westminster Hall waslet fi tmiemha, membri tal-istaff parlamentari segwew l-aħħar persuni mill-pubbliku, b’Sarah Clarke, uffiċjal għoli fil-House of Lords, tkun l-aħħar li tgħaddi u ssellem lit-tebut.

Aktar kmieni, diversi mijiet ta’ nies ġew imwarrba mill-kju, fosthom Vidur u Natasha Pabari minn Chigwell.

Vidur qal li kien ta’ “qtigħ il-qalb” li jitlef l-opportunità, filwaqt li Natasha qalet li “jkollna nagħtu t-tislima tagħna mod ieħor”.

Minkejja li l-ammont huwa wieħed straordinarju, s’issa għadu mhux magħruf kemm kienu dawk li sellmu t-tebut tar-Reġina f’Westminster Hall.

Ekonomija

Sport