Wednesday, April 24, 2024

Blackball: Magħrufa s-semi-finalisti

Aqra wkoll

Cospicua Rangers, Valletta Breakwater u ż-żewġ timijiet ta’ Ħamrun 147 għaddew għas-semifinali tan-National Knock-Out wara li eliminaw lill-avversarji rispettivi tagħhom.Ħamrun 147 B għelbu lil Każin Pinto A 21-4 filwaqt li Cospicua Rangers ma sabuhiex daqshekk faċli sabiex jegħlbu lil Jojo’s Birżebbuġa 21-14.

Valletta Breakwater għelbu 21-10 lil San Ġwann Boċċi filwaqt li Ħamrun 147 A kienu bye.Is-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni jintlagħbu bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa fuq bażi ta’ home u away.

Sadanittant Cospicua Rangers se jilagħbu kontra Valletta Breakwater filwaqt li fit-tieni semifinali Ħamrun 147 A jilagħbu kontra Ħamrun 147 B.  

Il-finali se tintlagħab nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru fuq l-aħjar minn 20 frame.Sadanittant f’dawn il-jiem qed jintlagħab ir-Regional KO fejn Juve Birkirkara B, Mosta St Mary A, Juve Birkikara A, Ħamrun 147 C, Valletta Fossa Boys, Il-Fanal Marsaskala, Birkirkara Duke’s B u Di Santos Qormi qatgħu passaġġ għall-kwarti tal-finali wara li għelbu lill-avversarji rispettivi tagħhom.Fil-kwarti tal-finali li jintlagħbu din il-ġimgħa, Juve Birkirkara B jilagħbu kontra Mosta St Mary A, Juve Birkirkara A joħduha kontra Ħamrun 147 C, Il-Fanal Marsaskala jaffaċċjaw lil Birkirkara Duke’s A u Birkirkara Duke’s B għandhom logħba kontra Di Santos.

Il-finali tal-KO Reġjonali tintlagħab nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru.

Sport