Wednesday, July 24, 2024

ARA: “Is-sewqan mhux differenti” … Jekk se tixrob issuqx!

Transport Malta tniedi l-kampanja 'Don't Drink and Drive 2023'

Aqra wkoll

Transport Malta nediet kampanja għax-xitwa 2023 li tiffoka fuq il-perikli tas-sewqan meta individwu jkun taħt l-influwenza tal-alkoħol. 

Din il-kampanja hija mibnija primarjament biex tinħoloq kuxjenza lill-utenti kollha tat-triq biex jiġu evitati l-inċidenti fit-toroq tagħna. 

Driving is no Different! tirrapreżenta biss parti mill-isforzi ta’ Transport Malta fil-qasam tas-sigurtà fit-toroq. Matul is-sena, l-Awtorità pparteċipat b’mod attiv f’kampanji edukattivi ffukati fuq is-sigurtà fit-toroq, hekk kif l-Awtorità tħoss il-ħtieġa li tinħoloq aktar kuxjenza favur aktar infurzar u edukazzjoni fit-toroq tagħna. 

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, is-Sur Jonathan Borg, enfasizza l-importanza ta’ kampanji edukattivi bħal dawn li jippromwovu s-sigurtà fit-toroq. ” Il-kampanji tas-Sigurtà fit-Toroq u kampanji kontra x-xorb u s-sewqan isiru matul is-sena kollha, iżda f’dan l-istaġun tal-festi, irid ikollok kampanja effettiva sabiex flimkien nuru aktar responsabbiltà fit-toroq, mhux għalina nfusna biss iżda għal dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna.” 

Filwaqt li appella lill-pubbliku biex jevita li jagħmel użu mix-xorb alkoħoliku jekk ġaladarba jkun ser isuq, is-Sur Borg ħa din l-opportunità sabiex jawgura l-festi t-tajba lil kulħadd. 

Din il-kampanja nazzjonali hija appoġġjata mill-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għas-Saħħa. 

Ejja nieħdu ħsieb xulxin u nuru l-impenn tagħna sabiex nevitaw inċidenti fit-toroq tagħna matul dan l-istaġun tal-festi. 

Ekonomija

Sport