Aktar kmieni waranofsinhar Voluntier tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar salva raġel li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Tas-Sliema.
Minkejja li kien hemm żewġ bnadar ħomor li jindikaw periklu, ir-raġel xorta niżel jgħum f’Fond Għadir u spiċċa nqabad fil-mewġ.
Għalkemm il-lifeguards mhux obbligati jsalvaw nies li jisfidaw it-twissijiet, wieħed minnhom ma ħasibhiex darbtejn biex qabeż fil-baħar u salva lir-raġel.
Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar ħeġġet lill-pubbliku biex meta jara l-bnadar ħomor jevita li jgħum u b’hekk la jpoġġi lilu nnifsu fil-periklu u lanqas il-voluntieri.