Monday, April 29, 2024

ARA: Isalva raġel mill-għarqa wara li niżel jgħum minkejja twissijiet ta’ periklu

Aqra wkoll

Aktar kmieni waranofsinhar Voluntier tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar salva raġel li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum f’Tas-Sliema.

Minkejja li kien hemm żewġ bnadar ħomor li jindikaw periklu, ir-raġel xorta niżel jgħum f’Fond Għadir u spiċċa nqabad fil-mewġ.

Għalkemm il-lifeguards mhux obbligati jsalvaw nies li jisfidaw it-twissijiet, wieħed minnhom ma ħasibhiex darbtejn biex qabeż fil-baħar u salva lir-raġel.

Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar ħeġġet lill-pubbliku biex meta jara l-bnadar ħomor jevita li jgħum u b’hekk la jpoġġi lilu nnifsu fil-periklu u lanqas il-voluntieri.

Sport