“It-traffiku hu aħna lkoll li nużaw il-karozzi privati tagħna kuljum. It-traffiku jista’ jonqos b’bidla gradwali”. Iddikjara dan il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia f’messaġġ fejn elenka numru ta’ eżempji ta’ x’wieħed jista’ jagħmel biex kulħadd jagħti sehmu.
Il-Ministru qal li ninsabu fuq l-għatba ta’ sena skolastika oħra u għalhekk qed jaqsam mal-pubbliku l-ħidma li saret mill-entitajiet governattivi matul ix-xhur li għaddew biex jonqos kemm jista’ jkun possibbli l-inkonvenjent tat-traffiku hekk kif eluf ta’ studenti jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola u eluf ta’ għalliema u ħaddiema oħra jirritornaw lura għax-xogħol.
Ara l-messaġġ kollu minn hawn taħt: