Tuesday, April 30, 2024

ARA: “It-traskuraġni tiegħu setgħet switilna ħajjitna”

Tfajla tappella biex tittieħed azzjoni kontra sewqan perikoluż fl-akwati tal-ajruport

Aqra wkoll

Tfajla li aktar kmieni kienet qiegħda ssuq mill-ajruport lejn Ħal Luqa spiċċat ħadet il-qatgħa ta’ ħajjitha wara li trakk kbir għadda minn maġenbha u qasam għal quddiemha b’ċertu veloċità.

It-tfajla qiegħda titlob li tittieħed azzjoni kontra kull forma ta’ sewqan perikoluż u dan hekk kif skontha li ma kinitx għar-reazzjoni immedjata t’ommha, seta’ faċilment ġie kkawżat inċident fatali.

Spjegat li kif intebħet x’kien se jiġri spiċċat kisret kollox għal ġol bankina filwaqt li ċediet it-trakk li bi ftit sekondi seta’ qabadhom fil-vettura relattivament żgħira meta kkumparata ma’ trakk ta’ dik l-għamla. 

Din ir-reazzjoni hija waħda li ssegwi diversi oħrajn li fl-aħħar jiem ilmentaw minn periklu kkawżat minn sewqan eċċessiv b’mod speċjali minn vetturi kbar bħalma huma trakkijiet li jintużaw għall-ġarr.

Sport