Eluf ta’ soft toys fost ġugarelli oħrajn twaddbu lejn il-grawnd waqt logħba li ntlagħbet f’Istanbul bejn Besiktas u Antalyaspor bħala donazzjoni liċ-ċkejknin li għexu t-terremoti.
Dan il-ġest nobbli kien organizzat mill-partitarji ta’ Besiktas li wara erba’ minuti logħob bdew igaraw is-soft toys u ksew parti sostanzjali mill-grawnd.
Kawża tat-terremoti qawwijin li bdew fis-6 ta’ Frar li għadda u li laqtu lit-Turkija u lis-Sirja tilfu ħajjithom aktar minn 50,000 persuna.