Saturday, May 18, 2024

ARA: Iċedu aktar binjiet wara terremot ieħor fit-Turkija

Aqra wkoll

Tmut persuna u 69 oħra jinsabu midruba wara li terremot ieħor reġa’ laqat lit-Turkija iktar kmieni llum. Barra minn hekk ċeda wkoll xi bini li kien fi stat ta’ deterjorazzjoni qawwija.

It-terremot tal-lum, b’qawwa ta’ 5.6 fuq l-Iskala Richter seħħ bil-belt ta’ Yesilyurt, f’Malatya. Il-Malatya huwa wieħed mill-11-il provinċja li kienu l-iżjed milquta mit-terremot li rreġistra qawwa ta’ 7.8 fis-6 ta’ Frar li għadda.

Propju tliet ġimgħat ilu, terremot “katastrofiku” ħakem lit-Turkija u partijiet mis-Sirja fejn kawża tiegħu mietu iktar minn 45,000 ruħ fiż-żewġ pajjiżi, apparti dawk midruba. Madwar 173,000 binja fit-Turkija waqgħu jew ġarrbu ħsara estensiva.

Sport