Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Vjal l-Avjazzjoni .
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li gaffa laqtet cable fl-imsemmija triq u konsegwentament raġel ta’ 53 sena residenti s-Swieqi tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar għal aktar kura.

Issejħu wkoll uffiċjali minn Enemalta sabiex issir it-tiswija meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.