Wednesday, July 24, 2024

Rebħiet għal Paola Executive Security, Swieqi Phoenix NIUM u Falcons fl-ewwel logħob tat-Tazza Nazzjonali

Aqra wkoll

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-kumpless sportiv tal-Kottonera ngħata fost l-oħrajn il-bidu tat-Tazza Nazzjonali bi tliet logħbiet. Hawnhekk, Paola Executive Security, iċ-champions Swieqi Phoenix Nium u Falcons ħarġu rebbieħa bl-iskor identiku ta’ tliet sets għal xejn. Is-Sibt kien  it-team ta’ Paola li fl-ewwel logħba mill-kompetizzjoni, faċilment għileb l-isfida tat-team mill-Ewwel Diviżjoni Depiro, filwaqt li l-Ħadd Swieqi wkoll xejnu l-isfida ta’ Flyers. Fl-aħħar logħba ta’ tmiem il-ġimgħa, Falcons rebħu lit-team mill-Ewwel Diviżjoni Mġarr. Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm ukoll it-tkomplija tal-kampjonati taħt id-19 -il sena u taħt il-15 -il sena. Ir-riżultati kollha kienu – 

U19 

Paola Maypole vs BKVC Vixens  1-3
BKVC Sirens  vs Swieqi Tough Cookies  0-3

Tazza Nazzjonali 

Depiro vs Paola Executive Security  0-3
Flyers vs Swieqi Phoenix NIUM  0-3
Mgarr vs Falcons 0-3

U15

Depiro vs Flyers 3-0
Paola Maypole vs BKVC Dynamites 2-3
Swieqi Phoenix Young Stars vs BKVC Blazers 3-0
Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Swieqi Phoenix Ninjas  0-3

Ekonomija

Sport