Wednesday, October 9, 2024

ARA: Iweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll kawża ta’ cable li tqaċċat minn gaffa

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Vjal l-Avjazzjoni .

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li gaffa laqtet cable fl-imsemmija triq u konsegwentament raġel ta’ 53 sena residenti s-Swieqi tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar għal aktar kura.

Issejħu wkoll uffiċjali minn Enemalta sabiex issir it-tiswija meħtieġa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport