Diversi membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija ssejħu biex jassistu fi Triq San Mikiel, fl-Isla, wara li ġew infurmati b’nirien f’residenza.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30 p.m., meta għal xi raġuni tkebbes xi nar f’wieħed mill-appartamenti.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Dan kien ikkonfermat minn kelliem għall-Pulizija.
Is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata grazzi għall-kollaborazzjoni u l-ħdima sfiqa tal-uffiċjali.