Monday, May 13, 2024

Piena tal-mewt għal raġel li wettaq żewġ omiċidji fi Florida

Aqra wkoll

Florida bħalissa qed tħejji ruħha sabiex tagħti l-piena tal-mewt lil raġel li stqarr li qatel lil martu u infermiera. James Phillip Barnes li għandu 61 sena se jingħata l-piena tal-mewt nhar il-Ħamis filgħaxija, hekk kif huwa nstab ħati li f’temp ta’ għaxar snin ‘il bogħod minn xulxin, wettaq żewġ omiċidji.

Barnes instsb ħati li qatel lil martu Linda Barnes lura għal l-1997. Skont il-prosekuturi fil-Qorti ta’ Florida, ingħad li Barnes kiser għonq martu wara li l-koppja kellhom argument bejniethom dwar l-użu tal-kokaina. Sena wara li seħħ l-qtil, Barnes instab ħati u ġie ikkundannat għomru l-ħabs.

Fl-2005, James Philip Barnes bagħat ittra lil prosekuturi tal-istat ta’ Floridas, fejn fiha stqarr dwar il-qtil ta’ Patricia Patsy Miller li nqatlet fl-1988. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li Miller kienet taħdem bħala infermiera u li kellha madwar 41 sena. Barnes qal lill-investigatur li hu kellu laqgħa preċidentima’ Miller.

Fl-istqarrija tiegħu, Barnes stqarr li attakka lil Miller b’sikkina hekk kif ħarġet mill-kamra tal-banju. Qal ukoll li rabatha biż-żraben u li stupraha darbtejn. Huwa żied jgħid l wara l-istupru huwa pprova joqtolha billi jifgaha iżda ma rnexxielux. Kien hawn fejn rrimarka li sab martell u li qatilha bih.

L-istess stqarrija kienet tgħid li wara li qatel l-infermiera, James ġabar l-affarijiet kollha ta’ Miller li ħaseb li mess u sabiex l-investigaturi ma jsibu xejn waqt l-investigazzjoni tagħhom, ta n-nar lis-sodda ta’ Miller. Barnes ipprovda ukoll kampjun tad-DNA, li kienu jaqblu ma’ kampjuni miġbura fuq il-ġisem ta’ Miller.

Wara dan kollu, Barnes ġie akkużat bi qtil, bi stupru, ħruq, u serq. Huwa wieġeb ħati għal l-akkużi kollha miġjuba kontrih. Minkejja li rrapreżenta lilu nnifsu waqt il-proċess, ma offra l-ebda difiża. Kien għalhekk illi l-Qorti ta’ Florida f’Diċembru tal-2007 tatu l-piena tal-mewt.

Min-naħa tiegħu, il-Gvernatur ta’ Florida Ron DeSantis iffirma l-piena tal-mewt ta’ Barnes f’Ġunju. Barnes inifsu ressaq mozzjoni fil-Qorti biex iwaqqa’ l-appelli ulterjuri kollha bbażati fuq evidenza, inkluż dik tas-saħħa mentali tiegħu.

Sport