Sunday, December 22, 2024

ARA: Jeħlisha ħafif wara li waqa’ l-baħar bil-karozza … Żagħżugħ deskritt eroj wara li qabeż għalih

Persuna salvata wara li waqgħet il-baħar bil-karozza b'kollox

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

9:30 p.m: “Konna qed nistadu hawnhekk u smajna lil xi ħadd nieżel ġol baħar. Bdew jgħidulu biex jiftaħ il-bieba u rajtu ma fetaħhiex. Qbiżt biex nsalvah u eżatt kif wasalt ħdejh irnexxielu jiftaħ il-bieba. Għomejta lura, in-nies li kien hawn fuq l-art waddbuli ħabel tlajt jiena, waddabnielu l-ħabel u għinnieh jitla”. Iddikjara dan ma’ Talk.mt iż-żagħżugħ li kien qed jistad fix-xatt tal-Imġarr Għawdex meta għall-ħabta tad-9:00 p.m raġel spiċċa bil-karozza b’kollox fil-baħar.

JeanLuka qalilna li r-raġel ġie salvat fi ftit ħin bl-għajnuna ta’ diversi persuni u fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li tah l-ewwel għajnuna fuq il-post sakemm seta’ jittieħed għal aktar osservazzjoni medika fl-Isptar.

JeanLuka qabeż biex isalva lir-raġel…

Fil-post hemm numru ta’ uffiċjali li qed jistennew aktar assistenza biex ikunu jistgħu jtellgħu l-karozza minn ġol-baħar.

9:45 p.m: Għaddasa jintalbu jintervjenu…

Żewġ għaddasa professjonali ġew mitluba jintervjenu biex jippruvaw iressqu l-karozza bi ftit metri bil-għan li jkun jista’ jitrakka l-vapur tal-Gozo Channel mingħajr periklu.

Ritratti: Joellson Bezzina

Dan is-sit jinsab infurmat li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji anke minħabba li issa dalam u l-viżibilità taħt il-baħar kompliet tonqos.

10:50 p.m: Tittella’ l-karozza mill-baħar…

Dan is-sit jinsab fuq il-post u jidher li l-karozza li aktar kmieni spiċċat fil-baħar ġiet imtella’ b’ħidma kollaborattiva bejn għaddasa, uffiċjali minn Transport Malta, Pulizija u Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fost persuni oħra.

YouTube video

Intant minn informazzjoni li kiseb dan is-sit sakemm kienet għaddejja l-operazzjoni viċin ix-xatt, ir-raġel li kien qiegħed isuq il-karozza jidher li sofra biss ġrieħi ħfief.

Ekonomija

Sport