Saturday, May 18, 2024

“Il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa teħtieġ sforz kollettiv mill-membri kollha tas-soċjetà”

- is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg

Aqra wkoll

“L-involviment tal-irġiel u s-subien fil-prevenzjoni tal-vjolenza għandu x’jaqsam mal-kisba ta’ soċjetà ugwali fejn in-nisa, l-irġiel u l-persuni ta’ kull orjentazzjoni sesswali għandhom drittijiet ugwali.”

Qalet dan is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg f’diskors li għamlet waqt seduta speċjali li saret ilbieraħ fil-Parlament bit-tema “Niġġieldu l-Vjolenza Kontra n-Nisa: L-Irwol tal-Irġiel u s-Subien.”

Is-Segretarju Parlamentari Buttigieg qalet li l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa teħtieġ sforz kollettiv mill-membri kollha tas-soċjetà, inklużi l-irġiel u s-subien, li fi kliemha jeħtieġ li dawn tal-aħħar ikunu indirizzati bħala parti mis-soluzzjoni u mhux biss bħala parti mill-problema.

“Bħala Gvern, aħna nirrikonoxxu l-irwol li dawn jista’ jkollhom biex tispiċċa l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u ninsabu impenjati li naħdmu mal-komunitajiet u l-partijiet interessati kollha biex noħolqu dinja aktar sigura u ekwa għal kulħadd,” qalet Buttigieg.

Sport