Ħallsu €13,000 biex ġew f’Malta, €1,200 f’kummissjoni minn aġent barrani għal kull ħaddiem li jsibulu impjieg

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Qabel jiġu jaħdmu f’Malta ikunu diġa ħallsu €13,000 jew €14,000. Xi ħaddiema l-ispiża titlagħlhom saħansitra aktar. Imejls mibgħutin minn aġent jikxfu beraħ dak li għaddej minn xi wħud mill-aġenti barranin. IT-TORĊA fl-aħħar jiem stħarrġet dwar dan.  Sid ta’ kumpanija f’Malta li ddeċieda li jitkellem magħna u  wera bl-iswed fuq l-abjad l-isfruttament b’kummissjonijiet minn aġent partikolari. Imejls mibgħutin minn aġent barrani dwar ħaddiema Asjatiċi jgħid li hu kien qiegħed jitlob €6,000 lill-ħaddiema meta juru interess biex jiġu jaħdmu f’pajjiżna. Fl-imejl jispega li għal kull ħaddiem li jsib xogħol f’Malta minn din il-kumpanija Maltija, hu kien se jkun qiegħed iħallas lura €1,200 għal kull ħaddiem f’kummissjoni lil din l-istess kumpanija Maltija.

“Din hi waħda mir-raġunijiet għaliex dawn l-ħaddiema Asjatiċi qegħdin jispiċċaw b’dik l-ispiża ma’ wiċċhom qabel jiġu f’pajjiżna. Prattikament mis-€6,000 pagament li huma jgħaddu lill-aġent meta jkunu għadhom f’pajjiżhom, €1,200 se jingħataw lill-kumpanija f’Malta li tkun aċċettat li tħaddimhom jew tathom xogħol”, jgħidilna sid il-kumpanija. Itenni li “għandna s-sitwazzjoni u din qegħdin narawha mill-ammont ta’ appelli li hemm pendenti minn ħaddiema terzi, fejn issa qiegħed jingħad li hemm ftit aktar minn 2,500 appell x’jiġi deċiż, li ma’ l-iċken intopp, il-ħaddiema jispiċċaw bl-impjieg terminat. Din hi sitwazzjoni li qiegħda toħloq inġustizzja u abbuż minn dawn l-istess ħaddiema. Ħaddiema li litteralment qegħdin dejjem b’mannara ma’ rashom li lanqas jistgħu jitkellmu dwar xogħlhom għax malajr juruhom l-bieb ta’ barra”.

Din wasslet biex iddaħħlet prattika perikoluża

Is-sid jgħidilna li “min jaf is-suq tax-xogħol f’Malta, jaf li dawn il-ħaddiema mhumiex il-problema kif hawn min qed jipprova jmexxi n-narrattiva. Dawn huma ħaddiema li qegħdin jaħdmu f’setturi vitali u għandna bżonnhom biex inkomplu mexjin. Allaħares jonqsu għax ċertu setturi jieqfu u jistaġnaw għal kollox. Qiegħed nitkellem fuq setturi vitali bħal sptarijiet, djar tal-anzjani u servizzi oħra. Imma l-kwistjoni tal-kummissjonijiet wasslet biex issa f’pajjiżna żviluppat prattika perikoluża u riskjuża, u din hi dik li għandna min qiegħed iġib għadd ta’ ħaddiema barranin biex jaħdmu f’pajjiżna mingħajr ma jaraw la il-bżonijiet ta’ minn iħaddem u lanqas tal-pajjiż. Is-sistema f’pajjiżna hi li s-single permit joħroġ ma’ impjieg, ma’ kumpanija jew post tax-xogħol. Dawn il-ħaddiema qegħdin jinġabu minn kumpaniji li parti mill-operat tagħhom hu li jġibu dawn il-ħaddiema, mhux biex jaħdmu magħhom imma biex imbagħad huma jikruhom lil xi kumpaniji oħra. Ħemm minn dawn “il-kuntratturi” li jieħdu il-qofol tal-kumpens u lill-ħaddiema ituhom il minimu possibli. Spiss qed jiġri li dawn lanqas sena ma jagħmlu f’dak l-impjieg bil-konsegwenza tkun li dak l-istess ħaddiem li jitwaqqaf jintbagħat jaħdem ma’ xi ħaddieħor. Qiegħed ikun hemm okkażjonijiet fejn dawn il-ħaddiema jispiċċaw fit-triq. Din is-sistema perikoluża qiegħda twassal biex dawn il-ħaddiema ma’ l-iċken problema litteralment jintremew. Jintużaw sakemm tinqeda l-kumpanija jew dak il-post u wara jgħidulhom m’għandniex bżonnkom aktar.“

Kif saru l-ħlasijiet:

Ħlas lill-kumpanija        €6,000

Konsultazzjoni.            €500

Admission Letter          €500

Accommodation Letter €500

Tirriloka lejn l-Emirati Għarab Magħqdua

VISA għall-Emirati      €300

Titjira                           €500

Akkomodazzjoni         €3,500 (ħames xhur b’€700 fix-xahar)

Tiskadi l-VISA             €300

Il-VISA għal Malta ma tingħatax

Terġa’ tapplika mill-ġdid u jkollha tirrepeti l-ħlasijiet tal-bidu

Konsultazzjoni.           €500

Admission Letter        €500

Accomodation Letter  €500

Tariffi oħra                  €3,000

Tkompli…

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport