Il-Prim Ministru Robert Abela żar lill-atleta Malti Fabio Spiteri fid-dar tiegħu, fejn iddiskutew is-suċċess riċenti tiegħu fil-kompetizzjoni Deca Taiwan u l-passjoni tiegħu għall-annimali.
Waqt iż-żjara, Abela ta donazzjoni ta’ €15,000 lill-inizjattiva Project 100, li permezz tagħha Spiteri qed jiġbor fondi b’risq l-annimali.
F’kitba fuq il-midja soċjali, Spiteri esprima l-apprezzament tiegħu għal dan il-ġest, filwaqt li fakkar li fadal ġimagħtejn oħra għall-ġbir tal-fondi.




