Friday, November 15, 2024

ARA: “Jiddispjaċina ħafna li hawn min jisraq lill-marid”

Aqra wkoll

F’reazzjoni għal dik li jidher li kienet serqa minn ħanut tal-istationary f’Raħal Ġdid bosta kienu dawk li kkundannaw bla ebda riżervi dan l-aġir.

Fil-filmat ippubblikat jidher raġel javviċina l-mejda fejn ikun hemm il-kaxxier, jiġbed il-bott li fih jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu Cares u jibqa’ ħiereġ ‘il barra. Skont filmati miġbudin mis-CCTVs jidher li fil-ħin tas-serqa ma kien hemm ħadd wara l-mejda tal-kaxxier u din għamlitha iżjed faċli lil din il-persuna biex jaħtaf il-bott u jibqa’ ħiereġ.

Intant fil-filmat imxerred bosta esprimew rabja u qalu li hija diġà negattiva li jkollok lil min jisraq aħseb u ara li tisraq lill-marid.

Ekonomija

Sport