Wednesday, April 17, 2024

Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien

Aqra wkoll

Għall-ħabta tas-00.45am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Polo misjuq minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar u Mitsubishi I-MIEV misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti s-Siġġiewi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 32 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport