Sunday, December 22, 2024

ARA: Jiġġarraf ajruplan fin-Nepal u jħalli mill-inqas 40 persuna mejta

Aqra wkoll

Ajruplan li kien qiegħed iġorr 72 persuna abbord ġġarraf viċin ajruport fin-Nepal. Skont uffiċjali fil-pajjiż jidher li s’issa diġà ġew irkuprati l-katavri ta’ mill-inqas 40 persuna minnhom.

L-ajruplan li kien jifforma parti mill-flotta tal-Yeti Airlines kien qiegħed jivjaġġa bejn Kathmandu lejn ir-raħal turistiku ta’ Pokhara meta ġġarraf fl-inżul u nħakem min-nirien.

Mijiet ta’ suldati min-Nepal jinsabu involuti fl-operazzjoni fuq is-sit li jinsab biss madwar Kilometru u nofs bogħod mill-ajruport. Huma qegħdin jistennew li jirkupraw iktar vittmi waqt din l-operazzjoni delikata.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li fost il-passiġġieri kien hemm 53 persuna min-Nepal, ħamest Indjani, erba’ Russi, tnejn mill-Korea u passiġġieri individwali oħra mill-Irlanda, l-Awstralja, l-Arġentina u Franza fost l-oħrajn.

Inċidenti relatati mas-settur tal-avjazzjoni mhumiex xi ħaġa mhux daqstant komuni fin-Nepal u dan minħabba l-kundizzjoni tar-runways tagħhom u tibdil spontanju tat-temp li jista’ jikkawża kundizzjonijiet ħżiena u perikolużi ħafna waqt titjiriet.

Ekonomija

Sport