Wednesday, March 27, 2024

Il-katavru ta’ Leonard Camilleri rilaxxat u se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima s-Sibt

Aqra wkoll

Il-katavru ta’ Leonard Camilleri ġie rilaxxat għad-dfin u s-Sibt 21 ta’ Jannar se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokjali ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop. Ikkonfermaw dan ma’ dan is-sit sorsi mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop.

Loenard, magħruf aħjar bħala Nardu ż-Żurrieqi tilef ħajtu fi splużjonijiet li seħħew fil-kumpless tan-nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop is-sena li għaddiet.

Fl-età ta’ 64 sena huwa ħasad lil bosta bl-aħbar tal-mewt tiegħu fis-26 ta’ Novembru li għadda. Nardu huwa magħruf sew mad-dilettanti tan-nar tant li l-istorja tiegħu f’dan il-qasam hija waħda mżewqa. Infatti dan ma kienx l-uniku inċident f’kumpless tan-nar li fih kien involut il-vittma tant li fl-2012 huwa kien sofra xi ġrieħi f’idejh (fir-ritratt) waqt li kien qiegħed jaħdem in-nar. 

Ritratt: Alan Saliba

Nardu kien ukoll detentur tal-istess kumpless lura fis-snin sakemm għal xi żmien kien irtira l-permess f’idejn ħaddieħor u waqaf milli jagħti l-kontribut tiegħu.

Fl-istess splużjonijiet kienu indarbu wkoll żewġt anzjani miż-Żurrieq ta’ 63 sena u 72 sena. Dawn iż-żewġ persuni sofrew xi ġrieħi waqt li kienu għaddejjin f’xi għelieqi fl-inħawi. Raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Kirkop li kien fil-kumpless fil-ħin tal-inċident kellu jittieħed l-Isptar minħabba xokk qawwi li sofra.

Ekonomija

Sport