Sunday, December 22, 2024

ARA: Jinqatel kandidat għall-elezzjoni presidenzjali fl-Ekwador

Aqra wkoll

Kandidat għall-elezzjoni presidenzjali li jmiss tal-Ekwador inqatel b’tiri ta’ arma waqt rally tal-kampanja li saret nhar l-Erbgħa. 

Fernando Villavicencio, membru tal-assemblea nazzjonali tal-pajjiż, kien aggredit fi tmiem attività li saret fil-belt ta’ Quito.

Membru mit-tim tal-kampanja ta’ Fernando qal lill-midja lokali li huwa kien għadu kif daħal fil-karozza meta raġel resaq ‘il quddiem u sparalu f’rasu. 

Xhieda fuq il-post qalu li Fernando, li kellu 59 sena, qala’ tliet tiri ta’ arma tan-nar. Is-suspettat safa wkoll milqut minn tir ta’ arma ta’ nar fi skambju ta’ sparar ma’ uffiċjali tas-sigurtà u aktar tard miet minħabba l-ġrieħi li sofra. 

L-Avukat Ġenerali tal-pajjiż qal li f’dan l-inċident weġġgħu disa’ persuni oħra, inkluż il-kandidat tal-assemblea u żewġ uffiċjali tal-pulizija. 

L-ewwel round tal-elezzjoni presidenzjali kienet skedata li ssir nhar l-20 ta’ Awwissu. Il-President attwali Guillermo Lasco, li mhux se jikkontesta l-elezzjoni, qal li kien irrabbjat u xxukkjat bil-qtil filwaqt li żied jgħid li “l-kriminalità organizzata kompliet tiżdied, iżda s-saħħa tal-liġi se taqa’ fuqhom.”

Ekonomija

Sport