Friday, December 27, 2024

ARA: Julie Pomorski bi proġett li jiġbor fih diversi ħsibijiet u sentimenti, kollha kkomunikat bil-Malti

Aqra wkoll

Illum jitla’ is-separju fuq Ħsieb, EP kompost minn 5 kanzunetti oriġinali li jistieden lis-semmiegħa fuq vjaġġ mużikali rikk. Maħluq mill-kantawtriċi Julie Pomorski, dan il-proġett jiġbor fih diversi ħsibijiet u sentimenti, kollha kkomunikat bil-Malti, lingwa li biha tesprimi ruħha bl-aħjar mod.

YouTube video

Bħala kowċ tal-vuċi ġewwa VocalBooth Studios, Julie Pomorski ġġib ċerta mużikalita’ fil-kompożizzjonijiet tagħha. Il-fehim tekniku tal-vuċi tagħti s-saħħa li kull kanzunetta fuq ‘Ħsieb’ għandha bżonn apparti li tiżgura l-awtentiċita’ tal-lirika.

Minn wara l-kwinti, il-produzzjoni tal-EP kienet f’idejn Conrad Dimech minn Blacklight Studios. L-attenzjoni tiegħu għad-dettall sarraf f’ħoss akustiku, daqslikieku qiegħed waqt kunċert intimu.

Mużikalment, Ħsieb ma kienx ikun komplut mingħajr il-kontribuzzjoni ta’ diversi mużiċisti bravi.

Fil-fatt, il-basslines ta’ Robert Galea jagħtu polz ritmiku, filwaqt li l-perkussjoni ta’ Jason Fabri tipprovdi sfond perfett għall-vuċi espressiva ta’ Julie.

Mument li tassew jispikka f’dan l-EP huwa l-inklużjoni tas-sassofonu ta’ Walter Vella fil-kanzunetta Fliskatur. Il-ħoss sajfi fiha jagħti lis-semmiegħ gost u enerġija, xi ħaġa li s-sassofonist mill-ewwel ried li jagħmel hekk kif beda’ jaħdem fuqha.

Dan il-proġett ġa beda jagħmel ħoss ftit tax-xhur ilu meta l-kanzunetta, Ar’Int ! li issa tagħmel parti mill-EP kienet waslet mal-ewwel 10 fil-Klassifika tal-Maltin. Ir-rilaxx tagħha kien akkumpanjat minn vidjo mużikali attraenti, disponnibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha.

Il-ħolqien ta’ Ħsieb huwa frott l-imħabba li Julie għandha għall-mużika. Mifrux fuq medda impressjonanti ta’ 5 snin, dan il-proġett juri dedikazzjoni u ħafna talent. Ringrazzjamenti speċjali jmorru għal Marc Calleja Bayliss, il-maniġer u l-persuna risponsabbli mill-relazzjonijiet pubbliċi fejn jikkonċerna lil Julie Pomorski. L-appoġġ tiegħu huwa bla waqfien u jgħin jiffaċilita’ u anke jikkontrubwixxi fil-vjaġġ kreattiv; lil Raisa Cassar, il-persuna risponsabbli mill-fotografija, u l-vidjows tal-lirika, li fil-jiem li ġejjin ħa jkunu disponnibbli fuq il-Channel ta’ YouTube.

Id-distribuzzjoni ta’ Ħsieb hija f’idejn il-kumpanija internazzjoni CAP-Sounds. Raw li l-EP ikun fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin fosthom: iTunes, Apple Music, Spotify, u Amazon fost l-oħrajn. Għall-aħħar informazzjoni dwar Julie Pomorski u l-karriera mużikali tagħha, segwuha fuq il-midja soċjali

Ekonomija

Sport