Wednesday, December 25, 2024

ARA: Kate lura għall-ħidma wara lejl eċċezzjonali waqt il-kunċert ta’ Robbie Williams

Aqra wkoll

Ftit ħin għall-mistrieħ jagħmlilna tajjeb sabiex nirrilassaw u nerġgħu niksbu l-enerġija biex inkomplu għaddejjin bil-ħidma u r-rutina normali ta’ ħajjitna.

Hekk għamlet iċ-ċkejkna Kate, tifla li għandha madwar ħames snin u li għandha t-Tatton Brown Raham Syndrome — kundizzjoni li fid-dinja hawn biss bejn 150 u 200 persuna li jbatu minnha. Ilbieraħ filgħaxija, hija flimkien mal-ġenituri tagħha attendew għall-kunċert ta’ Robbie Williams li ttella’ fuq il-Fosos tal-Furjana biex b’hekk kienu parti mill-folla numeruża ta’ iktar minn 20,000 ruħ.

F’filmat li ttella’ fuq il-paġna ‘Kate: Writing My Story’, Kate dehret ferħana u rilassata waqt dan il-kunċert. Dalgħodu, hija qamet tħabrek biex tagħmel sessjoni tal-occupation therapy fejn f’filmat ieħor li ttella’ fuq l-istess paġna dehret verament iffukata hija u tipprattika l-movimenti tal-idejn u l-għajnejn.

Ekonomija

Sport