Monday, May 13, 2024

ARA: Kelsey Bellante tniedi ‘Heartbeat’, kanzunetta ġdida bi stil pop

Aqra wkoll

Wara s-suċċess tagħha Fit-tielet edizzjoni ta’ Mużika Mużika bil-kanzunetta ‘Nistenniek’, li kisbet post fuq l-istazzjonijiet ewlenin tar-radju lokali; tant li telgħet anke mal-ogħla postijiet fil-Klassifika tal-Maltin, Il-kantanta ta’ 23 sena b’imħabba lejn il-mużika Pop.

Kelsey Bellante qiegħda tittama li tilħaq l-istess udjenzi bil-kanzunetta Heartbeat. Miktuba minn Rikki Lee Scicluna u Jacob Critch, bi produzzjoni ta’ Gilkicker Studios, dan ħa jkun l-ewwel rilaxx bil-lingwa Ingliża minn Guilty Love fl-2022. Tajjeb ngħidu li dan kien xogħol l-istess tim.

YouTube video

Heartbeat hija kanzunetta bi stil pop li tiċċelebra s-saħħa tal-imħabba u s-sinfonija sabiħa ta’ taħbit qalb il-bniedem. “Boom Tiki Boom Boom Tiki Boom Boom – that’s the sound that my heartbeat makes”, hija lirika li toħloq esperjenza memorabbli għas-semmiegħa kollha, tant li tibqa’ tidwi wara li tintemm il-kanzunetta.

Jikkumplimenta t-tnehida ta’ din il-kanzunetta huwa filmat ddireġut minn Kurt Cauchi. Miġbud fin-naħa ta’ fuq tal-Gzejjer Maltin b’aktar minn element wieħed tan-natura, jinħoloq sfont li jkompli isaħħaħ l-impatt emozzjonali tal-kanzunetta, filwaqt li jipprovdi vjaġġ viżwali lil dawk li jkunu qegħdin isegwu.

“Heart hija kanzunetta tassew għal qalbi, u ninsab eċitata ferm li naqsamha magħkom’ tgħid Kelsey Bellante qabel iżżid li ‘naħseb ma’ Rikki, Jacob, Kurt, Matthew u Marc kienet esperjenza li tgħallimt ħafna minnha. Inħoss li ħloqna xi ħaġa speċjali, tajna l-ħajja lil kanzunetta f’modi li qatt ma ħsibt possibbli. Ma nistax nistenna sakemm intom taraw il-filmat!”

Heartbeat ta’ Kelsey Bellante issa disponnibbli biex tinstema’ jew tinxtara minn fuq il-pjattaformi diġitali ewlenin inkluż: Spotify, iTunes, Apple Music, YouTube, Google Play u Amazon Music fost l-oħrajn. Dan kien possibbli grazzi għal CAP-Sounds, kumpanija tad-distribuzzjoni Ġermaniża.

Sport